L-isem tal-band Bernie & Pod tnissel mill-ismijiet u l-professjoni tal-membri tal-band – Bernie
għal Bernard u Pod għall-professjoni ta’ Ivan, il-podjatrija. Bernard u Ivan ilhom jafu lil xulxin
għal aktar minn 25 sena u fl-2014 iddeċidew li jagħmlu gig biex jinġabru fondi għat-tfal tas-
Sorijiet tal-Ursolini. Minn hemm iddeċidew li jkomplu jikbru bħala band u fl-2015 ingħaqad
magħhom Duncan bħala drummer. Ftit tax-xhur ilu ngħaqad ukoll Allen, il-bassist, sabiex
jikkompleta l-band bin-noti uniċi u eċċezzjonali tiegħu. Bernie & Pod għandhom sitt diski
oriġinali tagħhom u bħala band jagħmlu l-għalmu tagħhom sabiex jipproduċu mużika
innovattiva u unika, l-aktar bil-Malti.
Fl 2017 hargu lewwel diska taghom, Helwa tal Ghageb blirika ta Wayne Farrugia u Bernie and
Pod, bkompossizjoni ta listess band. Helwa ta l’ghageb titratta fuq storja ta mhabba, fejn kliem
ta tifhir u apprezzament li tfajla ta hajtu ma jonqosx. Flistess sena harget ukoll id diska Int u
jien dal Milied li ta kuill sena tintuza sew fliskejjel bhala parti mil attivitajiet skolastici tal
Milied. F 2018 hargu diska qum dur u izfen, stil ftit movumentat u li ggalek ticcaqla u tizfen.
F2019 harget id diska Nieqaf Ftit fejn lawtru tal band Ivan jitfana fmumenti ta riflessjoni fuq il
hajja hekk magla u kumplikata. F2020 bhal hafna mill bands u artisti lokali, sfajna vittma tal
covid u b’hekk ridna naraw kif ha nkompli nipproducu anke ghal fatt li ftit stajna niltaqaw.
Hdimna id fid ma Matteo Depares, producer Malti li jghix gewwa londra u bi teknogija
avvanzata irnexxilna nikkomponu Hlomt li li iddecidejna li ndahhluwa ghal Festival muzika
muzika fejn klassifikajna fi 8 post.
Bernie and Pod Ħadu sehem f’bosta festivals u avvenimenti lokali bħal Farsons Great Beer
Festival, Rockestra, Birgu Fest, Rock the Fort u ħadu sehem anki mal-Malta Youth Orchestra
fil-kunċert nazzjonali tal-Milied bil-kanzunetta oriġinali tagħhom ‘Int u Jien dal-Milied’. Din is
sena wkoll ergajna wasalna ma lahhar 20 fil festival Muzika Muzika bil kanzunetti Ħlomt bil
kollaboraazjoni tal kantanta bravissima Fiona Cauchi. Ta’ min ngħidu wkoll li Fiona Cauchi issa
inaqdet bhala kantanta wkoll ma Bernie and Pod.
